Dożi booster tax-xitwa tal-vaċċin COVID-19
Hekk kif l-Awstralja tidħol fix-xitwa, hu rrakkomandat doża ta’ vaċċin addizzjonali
COVID-19 għall-persuni li huma f’riskju ogħla ta’ marda gravi mill-COVID-19. Id-doża tax-xitwa ser iżżid il-protezzjoni tagħhom kontra l-COVID-19 matul ix-xhur iktar kesħin.
Jekk kienu għaddew 4 xhur minn meta kont ħadt l-ewwel doża booster tiegħek u tiffittja f’wieħed mill-kategoriji ta’ hawn taħt, int tista’ tibbukkja appuntament biex tieħu doża booster oħra malajr kemm jista’ jkun qabel jew matul ix-xitwa:
- għandek 65 sena jew akbar
- resident ta’ faċilità tal-kura tal-anzjani jew tad-diżabilità
- għandek 16-il sena u akbar b’immunokompromess sever, jew
- Aboriġenu jew mill-Gżejjer ta’ Torres Strait u għalaqt 50 sena u akbar.
Persuni li kellhom il-COVID-19 wara l-ewwel booster tagħhom għandhom jistennew 4 xhur qabel ma jieħdu d-doża tax-xitwa.
Għal aktar tagħrif żur www.health.gov.au jew ċempel in-National Coronavirus Helpline fuq 1800 020 080.
Għażel għażla 8 għas-servizzi tal-interpretar.
