Skip to main content

Hekk kif l-Awstralja tidħol fix-xitwa, hu rrakkomandat doża ta’ vaċċin addizzjonali
COVID-19 għall-persuni li huma f’riskju ogħla ta’ marda gravi mill-COVID-19. Id-doża tax-xitwa ser iżżid il-protezzjoni tagħhom kontra l-COVID-19 matul ix-xhur iktar kesħin.

Jekk kienu għaddew 4 xhur minn meta kont ħadt l-ewwel doża booster tiegħek u tiffittja f’wieħed mill-kategoriji ta’ hawn taħt, int tista’ tibbukkja appuntament biex tieħu doża booster oħra malajr kemm jista’ jkun qabel jew matul ix-xitwa:

  • għandek 65 sena jew akbar
  • resident ta’ faċilità tal-kura tal-anzjani jew tad-diżabilità
  • għandek 16-il sena u akbar b’immunokompromess sever, jew
  • Aboriġenu jew mill-Gżejjer ta’ Torres Strait u għalaqt 50 sena u akbar.

Persuni li kellhom il-COVID-19 wara l-ewwel booster tagħhom għandhom jistennew 4 xhur qabel ma jieħdu d-doża tax-xitwa.

Għal aktar tagħrif żur www.health.gov.au jew ċempel in-National Coronavirus Helpline fuq 1800 020 080.

Għażel għażla 8 għas-servizzi tal-interpretar.